Home » Departments » Il-Malti » IL-FIERA NAZZJONALI TAL-KTIEB 2017

IL-FIERA NAZZJONALI TAL-KTIEB 2017

L-istudenti tad-9 sena, mgħallma mis-Sur Schembri, ipparteċipaw f’attività waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, fejn ġiet animata silta mill-ktieb JARMUK ta’ Stephen Lughermo.

Għall-fiera ta’ din is-sena attendew għadd ta’ studenti oħra, li flimkien mal-librara għażlu varjetà ta’ kotba li qegħdin jistennewkom fuq l-ixkafef tal-librerija. JARMUK hu wieħed minnhom.

Minsi fuq wara nett tal-klassi, Marwan ma setax ma joħlomx b’Yarmouk, jisħet dakinhar li tqaċċat minn għeruqu biex sab ruħu f’pajjiż mhux tiegħu, fi skola mhux tiegħu, ma ħbieb li mhux ħbiebu. Id-dar hemm ommu. Ommu biss, il-ħolqa waħdanija ma’ tfulitu li ntemmet ħesrem biex firditu mill-bqija ta’ familtu. Imma xi darba jmur lura żgur. U jbiddel kollox, isewwi kollox u jsikket lil dan-nies li ma jagħmlu xejn ħlief jarmuk.

Minsija fuq quddiem tal-klassi, Chanelle ma setgħetx tikkonċentra. Moħħha jhewden fuq elf ħaġa: x’se ssajjar għall-pa u għan-nanna? Tgħid tilħaq tlesti load ħwejjeġ b’dal homework u testijiet” U dak in-nofs ras ta’ Darren x’ħin se jiġi … jekk jiġi. Id-dar mhemmx ommha. Għax ommha telqet biex qaċċtet il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem. Imma għandha l-kotba u l-istudju. Xi darba għad jeħilsuha minn dal-ktajjen. U tbiddel kollox, issewwi kollox u tagħlaq il-ġerħa ta’ żgħożija mormija …

One Response so far.

  1. TimothyPAK says:

    Youre so cool! I dont suppose Ive read something like this before. So good to search out someone with some authentic ideas on this subject. realy thank you for starting this up. this web site is one thing that is wanted on the web, somebody with somewhat originality. useful job for bringing something new to the internet! http://hellowh983mm.com

Leave a Comment

You must be logged in to post a comment.