Home » Departments » Il-Malti » Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2016

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2016

Kitba oħra li eċċellat kienet ta’ Rachel Mifsud, studenta tas-Sa Decelis. Rachel ma ddeskrivietx ritratt, imma ddeskriviet b’mod elokwenti u figurattiv, impressjoni artistika li ħolqot hi stess. L-affermazzjonijiet ta’ Rachel huma ċari u qawwija.

DESKRIZZJONI TA’ TPINĠIJA 
Rachel Mifsud

Din it-tpinġija turina li xi kultant mhux kull ma jleqq hu deheb. L-id tidher dieħla fil-likwidu bil-ħsieb li huwa ilma pur, imma mbagħad tiskopri li ma kien ilma xejn. Fil-fatt kien aċtu li mill-ewwel selaħ l-id sal-għadam.

Għalija l-istampa hija waħda metaforika u tfakkarni f’nies li tkun fdajt imma wara li jagħmlulek xi azzjoni ħażina tinduna li l-karattru tagħhom huwa fil-fatt velenuż. Sfortunatament dan il-ħażen qiegħed dejjem jiżdied u għalhekk trid toqgħod b’seba’ mitt għajn qabel ma tafda. Bħal fl-istampa, l-id qed tħoss l-uġigħ, iżda baqgħet kalma biex taħbi d-dulur.

Jien nemmen li fil-ħajja trid taħbi dan l-uġigħ u twarrab lil dawn in-nies għax ħbieb vera jeżistu u l-ħaxix ħażin għandna naħarquh.

20161123_114417IMG_9911

Leave a Comment

You must be logged in to post a comment.