Home » Departments » Il-Malti » Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2016

Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2016

IL-JUM EWROPEW TAL-LINGWI 2016
Il-kittieba rebbieħa hija Elyse Baldacchino, studenta tas-Sa Calleja.

INŻUL IX-XEMX
Elyse Baldacchino

Dan ir-ritratt li ġie meħud minn persuna tant għal qalbi, ommi, juri l-inżul tax-xemx fl-aqwa tiegħu.

Il-baħar, kważi żejt, juri s-serenità tal-madwar u jġiegħlek tħossok kalm. L-ilwien, ikanġu fir-roża, oranġjo u isfar, jikkumplimentaw is-sema ikħal. Is-sħab abjad donnu mpitter fuq sema ċar kristall, iġiegħlek tikkumpara x-xena ma’ waħda pinġuta.

Ix-xemx tilma fuq il-baħar tħalli trejqa ta’ sfura f’nofsu sakemm eventwalment tinżel u tħalli warajha dlam imdawwal permezz tal-qamar u l-istilel. Fil-bogħod tidher gawwija ttir libera biswit il-vapur li konna qegħdin fuqu.

Fir-ritratt jidher ukoll l-orizzont, il-punt fejn jiltaqgħu s-sema u l-baħar u jiddistingwu ruħhom il-kuluri diversi, xhieda tal-ġmiel mingħajr qies li għandha x’toffri n-natura.

IL-MALTI 20161123_114404

Leave a Comment

You must be logged in to post a comment.