Home » Activities » Mixjet il-Malti 2018

Mixjet il-Malti 2018

L-istudenti tal-10 Sena pparteċipaw f’Mixjet il-Malti 2018 – Minn Caxaru sa Aquilina, attività mtellgħa mit-Taqsima tal-Malti fi ħdan id-Direttorat. Ħajr lis-Sa Calleja u s-Sa Spiteri għat-tħejjija tal-istudenti.

F’din l-okkażjoni, l-istudenti ntwerew filmat dwar il-mixja tal-Malti matul iż-żminijiet. Wara, assistew għall-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tal-kotba antiki, u ngħataw l-opportunità jipparteċipaw. Fl-aħħar stadju, l-istudenti telgħu fuq u missew b’idejhom it-testi oriġinali li nistudjaw dwarhom, filwaqt mlew il-Ktejjeb tat-Taħriġ li jmexxihom pass pass mal-istorja tal-ilsien Malti. Dan il-ktejjeb jiswielhom bħala riżorsa imprezzabbli għas-SEC.

 

 

Comments are closed.