Video:
https://www.facebook.com/1166497216716471/videos/2314585108809316/
Attività tad-Dipartiment tal-Malti tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel għall-istudenti tal-10 Sena, b’rabta ma’ “Il-Ħarsa ta’ Rużann” ta’ Francis Ebejer li huwa ambjentat fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli.
Bdejna billi żorna l-Imdina u l-istudenti setgħu jiflu xi palazzi biex jifhmu kif seta’ mmaġinah l-awtur il-palazz tad-De Los Ingallos. L-istudenti ftakru f’xenarji mir-rumanz li seħħew l-Imdina.
L-ewwel skola sekondarja Santa Tereża kienet l-Imdina, qabel ma mxiet lejn l-Imrieħel. Ħadna ritratt quddiem il-bieb tagħha.
Minn hemm morna ħdejn il-Kappella tal-Maddalena, fl-irdum ta’ Ħad-Dingli. L-istudenti għad iridu jsiru jafu s-sinjifikat ta’ din il-kappella fir-rakkont. Ir-rakkont jibda jagħlaq bi ġrajja li seħħet biswit din il-kappella. Il-vjaġġ isir wieħed ċikliku u r-rumanz jintemm bil-frażi “Bla tmiem”.
Fi triqitna lejn il-kappella, għaddejna minn quddiem il-mafkar tal-awtur u sellimnielu.
Mill-kappella mxejna għall-Għar il-Kbir fejn urejna lill-istudenti dan l-għar fejn kienu jgħammru numru mdaqqas ta’ Maltin. Tkellimna dwar ix-Xuxana li kienet karattru storiku u li kienet tgħix f’għerien bħal dawn.
Wara mxejna lejn il-Buskett. Fir-rumanz jissemma Wenzu, missier Pietru, li kien xtara biċċa art il-Buskett.
Maltempata temmet l-attività ħesrem. B’xorti tajba l-istudenti tagħna laħqu daqu l-ambjent li jsawwar l-isfond ta’ dan ir-rumanzett li jisraq ix-xena fl-istudju tal-letteratura Maltija fl-10 Sena
Comments are closed.