Home » Departments » Il-Malti » Għall-Erwieħ!

Għall-Erwieħ!

Illum il-ġurnata Malta, li maż-żmien qed titlef għeruqha, ittieħdet mid-drawwa taċ-ċelebrazzjonijiet Amerikani f’Halloween, li ħadu xejra ta’ karnival b’tema makabra. Il-kunċett oriġinali huwa Keltiku u fih insibu xebh maċ-ċelebrazzjoni Maltija tal-Festa tal-Qaddisin Kollha. Fil-fatt Halloween hija korruzzjoni ta’ All Hallows’ (Halos) Eve.

L-Għid tal-Erwieħ.

“Għid” tfisser festa. Din il-festa fiha taħlita ta’ twemmin f’ħajja wara l-mewt, li ġej minn żminijiet bikrin; twemmin Kattoliku, fejn in-nies jisimgħu tliet quddisiet li matulhom jiġu invokati l-qaddisin kollha biex jeħilsu lill-erwieħ mill-purgatorju; u superstizzjonijiet li jissarrfu f’ġest karitattevoli, fejn jintemgħu l-foqra u l-ikel u x-xorb jiġu offruti “għal ruħ il-mejtin kollha”, espressjoni komuni f’diskors il-Maltin.

Il-festa ta’ ikel u xorb f’ġieħ l-erwieħ issir nhar it-2 ta’ Novembru. Fl-antik kien jingħad li għal dakinhar “l-erwieħ jifirxu s-sarvetta” għax il-merti mill-azzjonijiet tajba, imwaħħda mat-talb tal-Maltin, kienu jtaffulhom mit-tbatijiet għad-dnubiet li jkunu wettqu f’ħajjithom.

L-ikla tradizzjonali Maltija għal Għid il-Mejtin.

Ix-xarba tal-maħlut.
Din kienet xarba alkoħolika, li fiha kienu jagħsru l-lariġ u l-lumi għax il-qrusa tagħhom tfakkar fit-tbatijiet tal-ħajja.

Il-ftiet tal-għaża.
Ħobż niexef, midluk bit-tewm u bit-tursin imqatta’ fuqu. “Għaża” tfisser faraġ fi żmien ta’ luttu, żmien meta wieħed ried jastjeni milli jiekol ikel bnin.

Il-kawlata tal-erwieħ.
Għal xi żmien, biex iwettqu l-karità mistħoqqa f’dan il-jum, xi patrijiet kienu jintefgħu fil-misraħ isajru borma kawlata bix-xikel tal-majjal – il-laħam tal-“Ħanżira tal-Erwieħ” li kienet l-annimal tas-sagrifiċċju għal żmien il-mejtin. Ir-raħħala kienu jipprovdu l-ħaxix u din il-kawlata tintema’ lill-foqra.

Il-ħanżira tal-erwieħ.
Minn xi żmien qabel, fir-raħal kienet tintreħa ħanżira tiġri mat-toroq. Kienu jorbtulha qanpiena m’għonqha, li kienu jsejħu “ġaras”. Meta n-nies kienu jisimgħuha ġejja, joħorġu jitimgħuha ħalli tismen. Din kienet tinqatel u tissajjar dakinhar u tingħata lill-foqra. Din il-karità mal-fqar kienet tiġi offruta għal ruħ il-mejtin.

L-għadam tal-mejtin.
Aktar tard daħlet it-tradizzjoni tal-għadam tal-mejtin. Ironikament jintużaw l-istess ingredjenti tal-figolli tal-Għid il-Kbir, imma l-ħelu jsir forma ta’ għadam, biex ifakkar lil min jikolhom fl-impermanenza ta’ ħajjitna fid-dinja.birgu-5

Aqra l-artiklu fil-paġna tal-Malti tal-Kulleġġ.

hanzira%20tal-erwieh%20gwnc2.jpg.opt570x420o0,0s570x420 file ghadam-tal-erwieh

 

Leave a Comment

You must be logged in to post a comment.