Home » Latest News » Career Exposure Experience

Career Exposure Experience

https://pbs.twimg.com/profile_images/534484058017771520/C_5afOOL_400x400.png

Għal darba oħra, il-Kulleġġ Santa Tereża qed jorganizza waħda mill-attivitajiet l-aktar mistennija matul is-sena skolastika; il-‘Career Exposure Experience’ għall-istudenti kollha ta’ l-għaxar sena (Form 4).  Din is-sena il-‘Career Exposure Experience’ ser tinżamm kif indikat hawn taħt:

  • Mit-Tnejn 1 ta’ April sal-Ġimgħa 5 t’April għall-klassijiet: 4.1, 4.2, 4.3, 4.4 u 4.10
  • Mit-Tnejn 8 ta’ April sal-Ġimgħa 12 t’April għall-klassijiet 4.5, 4.6, 4.7, 4.8 u 4.9

Mill-post tax-xogħol fejn ser ikunu l-istudenti ser ikollhom l-opportunita’ li josservaw u jitgħallmu dwar diversi oqsma tax-xogħol u karrieri.

Intom flimkien ma’ ibnek/bintek mistednin tattendu għal-laqgħa nformattiva fejn ser jingħataw aktar dettalji dwar dak mistenni minn din l-esperjenza tal-karrieri.  Din il-laqgħa ser tinżamm nhar il-Erbgħa 6 ta’ Marzu ġewwa s-sala tal-iskola sekondarja Imrieħel u tibda fil-5.00pm. Il-preżenza tagħkom hija mistennija sabiex naraw x’inhuwa dak li jista’ jkun ta’ importanza għal uliedkom u kif tistgħu tassistuhom sabiex jibbenifikaw bl-aħjar mod minn din l-esperjenza.

Inħeġġu l-istudenti kollha biex jipparteċipaw f’din l-esperjenza mprezzabli għalihom. Jekk ikollkom xi domandi dwar din l-attivita’ nitolbukom tagħmlu kuntatt mat-tim tal-gwida tal-karrieri fuq in-numru 25985526.


Once again St Theresa College is organising one of its most anticipated school activities of the scholastic year; the Career Exposure Experience for all Form 4 pupils.  This year the Career Exposure Experience will take place as indicated hereunder:

  • Monday 1st April until Friday 5th April for classes 4.1, 4.2, 4.3, 4.4 and 4.10
  • Monday 8th April until Friday 12th April for classes 4.5, 4.6, 4.7, 4.8 and 4.9

Through their respective placement, pupils will have the opportunity to observe and learn about the various work sectors and careers.

You, together with your son/daughter, are invited to attend for an informative meeting during which details about the Career Exposure Experience and expectations from both parents and students will be disseminated. The meeting is scheduled for Wednesday the 6th March, 2019 within the School Hall Imrieħel Secondary at 5 pm and lasts for about an hour. Your presence is highly recommended as most of your concerns and queries about this initiative will be discussed. In this way, you will be able to assist and guide your son/daughter to get the most out of this experience.

We strongly encourage every student to participate in this valuable experience. Should you have any further questions about this activity, please do not hesitate to contact the career guidance team on phone number 25985526.

 


 

Comments are closed.