Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ġie ċċelebrat permezz ta’ attività mtellgħa b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Malti u l-ilsna barranin.
It-tema magħżula mid-Dipartiment tal-Malti għal din is-sena kienet IL-MALTI FID-DINJA, u l-parteċipanti kienu l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin u l-istudenti tal-Malti bħala Lsien Barrani.
L-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin ħejjew ikel tradizzjonali Malti li nbiegħ waqt il-fiera. L-istudenti tal-Malti bħala Lsien Barrani ttraduċew L-GĦODWA T-TAJBA fl-ilsna tal-pajjiżi li ġejjin minnu, bħala parti mit-tema tat-TISLIM.
Comments are closed.