F’Ottubru, fl-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel saret attività mill-istudenti tal-lingwi kollha mgħallma fl-iskola, bil-parteċipazzjoni tal-istudenti kollha li ġejjin minn pajjiżi barra minn Malta, fejn ġie ċċelebrat Il-Jum Ewropew tal-Lingwi, kif ukoll l-anniversarju tal-Ġnus Magħquda.
L-isfond tal-attività kienet il-kanzunetta Ħafi Paċi Kuluri tal-grupp The Travellers, kif ukoll ħsieb dwar ir-rispett, li huwa t-tema magħżula mill-Kap tal-Iskola għal din is-sena.
Leave a Comment