Home » Departments » Is-Sur Trevor Zahra fl-iskola taghna

Is-Sur Trevor Zahra fl-iskola taghna

Illum, l-awtur Trevor Zahra żar l-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel, bis-saħħa tal-librara Ms Valerie Decelis, Ms Therese Vella u Mr Mario Dimech.

Kellimna dwar ħajtu, il-kilba li kellu għall-qari sa minn tfulitu, imnissla primarjament mill-familja, fejn kulħadd kien iħobb jaqra. Kellimna dwar l-ewwel kitba tiegħu, ta’ disa’ snin u l-kotba li ppubblika u l-arti tal-kitba.

Kellimna dwar id-disinn, li spiss jagħmel hu stess, u kif irid jorbot u jinbena id f’id mal-kitba.

Kellimna dwar il-poeżija ‘Geraldine’ u kif il-kitba tista’ tapplika għal udjenzi varji b’modi varji.

Kienet laqgħa interessanti li nisslet diskussjoni mill-isbaħ bejn dawn l-istudenti u l-awtur, li ħajjarhom jaqraw u saħansitra jiktbu.

Wara l-mawra tieghu, Is-Sur Trevor Zahra qalilna hekk:

Leave a Comment

You must be logged in to post a comment.