Fis-17 t’Ottubru saret ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum Dun Karm, fl-Iskola. Matulha, studenti minn kull sena qraw poeżiji tal-Poeta Nazzjonali u wara tkanta l-Innu Malti.
Aktar tard, studenti tal-Ħdax-il Sena attendew għaċ-ċerimonja kommemorattiva li saret f’Ħaż-Żebbuġ. Għaliha ta’ kull sena jattendu studenti minn diversi skejjel. Wara, l-istudenti poġġew bukkett fjuri maġenb il-bust tal-Poeta Nazzjonali.
L-istudenti kellhom l-opportunità jżuru l-kappella fejn hu midfun Dun Karm, f’Ħaż-Żebbuġ.
Leave a Comment