Din is-sena l-librerija tal-iskola reġgħet imtliet b’għażla ġdida ta’ kotba bil-Malti għall-istudenti u għajnuniet għall-għalliema. Nistedinkom taslu wasla sal-librerija u tistaqsu lil-librara.
Continue ReadingHome » Articles posted by Mrieħel Malti (Page %s 3)
Din is-sena l-librerija tal-iskola reġgħet imtliet b’għażla ġdida ta’ kotba bil-Malti għall-istudenti u għajnuniet għall-għalliema. Nistedinkom taslu wasla sal-librerija u tistaqsu lil-librara.
Continue ReadingMatul din il-ġimgħa, fl-iskejjel tal-Kulleġġ ġie mfakkar Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali ta’ pajjiżna. F’dawn l-attivitajiet, l-istudenti saru jafu aktar dwar ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu. Wara tkanta l-Innu Malti. Dalgħodu, diversi skejjel minn Malta u Għawdex inġabru għal attività kommemorattiva f’Ħaż-Żebbuġ, raħal twelidu. Wara tqiegħdu fjuri fil-kappella, fejn hu midfun.
Continue ReadingAgħfas hawn għall-ktejjeb MILL-BOGĦOD NETT… MILL-BOGĦOD NETT… TAL-BIDU NETT. Għat-tieni sena, tennejna l-attività b’rabta mar-rumanz ta’ Francis Ebejer, IL-ĦARSA TA’ RUŻANN, imnedija mid-Dipartiment tal-Malti tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel. Din l-attività tagħlaq it-tagħlim tar-rumanzett u hija akkompanjata minn ktejjeb ta’ noti u eżerċizzji bl-isem ta’ “Mill-Bogħod Nett…”
Continue ReadingIL-JUM EWROPEW TAL-LINGWI 2016 Il-kittieba rebbieħa hija Elyse Baldacchino, studenta tas-Sa Calleja. INŻUL IX-XEMX Elyse Baldacchino Dan ir-ritratt li ġie meħud minn persuna tant għal qalbi, ommi, juri l-inżul tax-xemx fl-aqwa tiegħu. Il-baħar, kważi żejt, juri s-serenità tal-madwar u jġiegħlek tħossok kalm. L-ilwien, ikanġu fir-roża, oranġjo u isfar, jikkumplimentaw is-sema ikħal. Is-sħab abjad donnu mpitter […]
Continue ReadingKitba oħra li eċċellat kienet ta’ Rachel Mifsud, studenta tas-Sa Decelis. Rachel ma ddeskrivietx ritratt, imma ddeskriviet b’mod elokwenti u figurattiv, impressjoni artistika li ħolqot hi stess. L-affermazzjonijiet ta’ Rachel huma ċari u qawwija. DESKRIZZJONI TA’ TPINĠIJA Rachel Mifsud Din it-tpinġija turina li xi kultant mhux kull ma jleqq hu deheb. L-id tidher dieħla fil-likwidu […]
Continue ReadingIllum il-ġurnata Malta, li maż-żmien qed titlef għeruqha, ittieħdet mid-drawwa taċ-ċelebrazzjonijiet Amerikani f’Halloween, li ħadu xejra ta’ karnival b’tema makabra. Il-kunċett oriġinali huwa Keltiku u fih insibu xebh maċ-ċelebrazzjoni Maltija tal-Festa tal-Qaddisin Kollha. Fil-fatt Halloween hija korruzzjoni ta’ All Hallows’ (Halos) Eve. L-Għid tal-Erwieħ. “Għid” tfisser festa. Din il-festa fiha taħlita ta’ twemmin f’ħajja wara […]
Continue ReadingLil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha, Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist: Ftakar li lilha bil-oħla dawl libbist. Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha, Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ‘l-ħaddiem: Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem. Kliem: Dun Karm Psaila Mużika: Robert Sammut Għall-okkażjoni ta’ Jum Dun Karm 2016, l-iskola rċeviet adattament mużikali tal-Innu […]
Continue ReadingFis-17 t’Ottubru saret ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum Dun Karm, fl-Iskola. Matulha, studenti minn kull sena qraw poeżiji tal-Poeta Nazzjonali u wara tkanta l-Innu Malti. Aktar tard, studenti tal-Ħdax-il Sena attendew għaċ-ċerimonja kommemorattiva li saret f’Ħaż-Żebbuġ. Għaliha ta’ kull sena jattendu studenti minn diversi skejjel. Wara, l-istudenti poġġew bukkett fjuri maġenb il-bust tal-Poeta Nazzjonali. L-istudenti kellhom l-opportunità jżuru l-kappella fejn […]
Continue ReadingHawnhekk għandkom issibu s-sillabi tal-Malti għas-snin kollha tas-sekondarja. Agħfas hawn: http://malti.skola.edu.mt/is-sekondarja/
Continue Reading